Barranin
Tibda t-tellieqa għall-PM il-ġdid tar-Renju Unit

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel.

Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma wkoll fil-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit.

Il-mexxej il-ġdid mistenni jintgħażel sal-aħħar ta’ Lulju. Theresa May ikkonfermat li se tirriżenja minn mexxej tal-partit fis-7 ta’ Ġunju, u li se tibqa’ Prim Ministru waqt li jkun għaddej il-proċess biex jintgħażel mexxej ġdid.

F’anqas minn 24 siegħa wara li May ħabbret li se tirriżenja, erba’ kandidati kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom jikkontestaw. Dawn huma s-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Jeremy Hunt, is-Segretarju għall-Iżvilupp Internazzjonali Rory Steward, l-ex Segretarju għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson u is-Segretarju għall-Pensjonijiet Esther McVey.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar