Statistika
Tibda t-tħejjija għaċ-ċensiment tal-2021 li mhux se jsir bħas-soltu

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju fil-ġbir tal-istatistika, dan l-uffiċċju diġà beda jaħdem fuq iċ-ċensiment tal-2021, li se jkun fih għadd ta’ innovazzjonijet fosthom li għall-ewwel darba l-informazzjoni se tinġabar anke permezz tal-internet.

L-istatistika mhijiex biss numri, imma tixħet dawl fuq dak kollu li jkun għaddej madwarna: mill-ekonomija għall-kultura, il-livell tal-għajxien, l-edukazzjoni, il-qasam tad-diżabilità u ħafna aktar.

L-aġent direttur ġenerali tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistka, Etienne Caruana, qal li l-istatistika hi essenzjali għad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiż. Fl-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika fil-Belt jaħdmu mal-160 persuna, li huma marbuta li l-informazzjoni li jiġbru jużawha biss għall-istatistika.

“La darba tiġi hawn qatt ma tiġi mogħtija lil ħadd u l-liġi hija ċara minn dan ir-rigward u dik hija xi ħaġa li aħna nieħdu bis-serjetà mmens. Fil-fatt qed ninvesti ħafna f’teknoloġija u f’certifications ta’ kunfidenjzalità biex nassiguraw il-kwalità ta’ dan it-tip ta’ servizz,” qal is-Sur Caruana.

Is-Sur Caruana osserva li maż-żmien żviluppa wkoll il-mod kif tinġabar l-istatistika. “Illum il-ġurnata niġbru informazzjoni wkoll mingħand reġistri fil-fatt il-mod kif niġbru informazzjoni qed nippruvaw inkunu iktar għaqlin, biex inti kemm jista’ jkun inaqqsu l-piż minn fuq il-familji u anke l-intrapriżi, però fl-istess ħin iridu niġbru riżultati li huma armonizzati minkejja dan l-iżvilupp.”

Is-Sur Caruana żied li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, jużaw l-istess metodoloġija u kejl. Qal li 80 fil-mija tar-riżultati jintbagħtu lill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, il-EUROSTAT, li jqabbel pajjiż ma’ ieħor u joħroġ il-medja Ewropea.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika diġà beda jaħdem fuq iċ-ċensiment nazzjonali, li mistenni jsir tliet snin oħra. Is-Sur Caruana qal li għaddejja ħidma biex għall-ewwel darba fiċ-ċensiment li jmiss, l-informazzjoni tinġabar ukoll permezz tal-internet.

“Qegħdin naħdmu wkoll fiċ-ċensiment biex l-output li qed nagħtu ħa jkun ħafna ħafna iktar ta’ użu għall-users mill-kien qabel. Fil-fatt qed naħdmu biex l-informazzjoni li nippubblikaw ħa tkun ppubblikata fuq GIS, jiġifieri inti bażikament ħa jkollok informazzjoni li tkun ippubblikata at 1km grid fuq il-mappa Maltija,” spjega s-Sur Caruana. “Jiġifieri inti mid-data taċ-ċesiment tkun taf għal kull 1km grid fil-pajjiż – jiġifieri iktar dettaljat mil-lokalità – tkun tista’ tgħid kemm għandek nies, kemm għandek households, kemm għandek nies qed jaħdmu kemm għandek nies viċin il-baħar.”

Fil-Jum Ewropew tal-Istatistika, l-aġent direttur ġenerali tal-NSO qal li f’dan l-uffiċċju għaddejja ħafna ħidma internament li ma tidhirx biex ix-xogħol tal-NSO ikun aktar rilevanti.

Intant, tista’ tara hawn il-filmat imħejji mill-NSO f’Jum l-Istatistika:

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar