Reliġjon
Tibda t-triq għal soru wara 18-il sena tikkumbatti s-sejħa

“Qisni ħassejt xi ħaġa tgħidli għax jien irridek tiegħi. Irridek soru. Niftakar x’ħin ħassejtha ġġennint bdejt ngħid jien? Lili trid Mulej? Taf li jien ma rridx nidħol soru. Nixtieq niżżewweġ, ikolli familja.”

Din kienet l-ewwel darba li fl-età ta’ 20 sena, Christine Farrugia ħasset is-sejħa għal vokazzjoni. Sakemm kellha 13-il sena, Christine kienet tgħin fil-Knisja u tmur il-quddies darbtejn f’ġimgħa. Ta’ 15-il sena bdiet toħroġ, tmur Paceville, u bdiet tesperjenza l-parties. Fir-relazzjoni li kellha ma’ ġuvni meta kellha 20 sena ma ħassitiex komda u kien hemmhekk li ħasset lill-Mulej isejħilha.

Madankollu ikkumbattiet din is-sejħa.

“Bdejt naħdem billejl, bdejt naħdem f’bars, after parties. Bdejt nara x’nivvinta biex żgur ma nisimgħux, anke ma mmurx quddies.”

Irrakkontat kif ħabiba tagħha stednitha għal irtir, u hawn biddlet ir-rotta ta’ ħajjitha. Bl-għajnuna ta’ saċerdot baqgħet titlob biex ikollha dawl fuq ħajjitha, u 18-il sena wara l-ewwel sejħa daħlet biex tibda l-mixja tagħha mas-sorijiet tal-Klarissi. Il-formazzjoni tagħha biex issir soru, issa se tieħu disa’ snin.

Il-Madre tas-Sorijiet tal-Klarissi, Suor Rose Ellis, li ilha 50 sena f’dan il-kunvent, spjegat x’jiġri meta tfajla tħabbtilhom u tgħidilhom li taħseb li qed tħoss is-sejħa għall-ħajja fil-monasteru.

“Jien nagħmilha kuraġġ, ngħidilha tibżax, għaliex b’mod naturali din is-sejħa kulħadd jibża minnha. Toqgħod taħseb jien se ngħix Klawsura, magħluqa għal ħajti kollha? Imma naċċertaha li jekk inti tkun msejħa ma tħossokx magħluqa imma tħossok f’postok b’ħafna paċi,” qalet Suor Ellis.

Il-Madre mbagħad tistedinha tibda tagħmel esperjenzi żgħar magħhom fil-kunvent, bħal nofstanhari jew tmiem il-ġimgħa sakemm tibda l-formazzjoni taghha. Bħalissa f’dan il-kunvent hemm 19-il soru bl-etaijiet minn 38 sa 86 sena, li fi kliem il-madre, fil-klawsura jghixu ħajja ta’ talb għall-umanità kollha.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar