Qorti
Tibda tgħajjat u tirrispondi lill-Qorti

Eġizzjana li tgħix il-Ħamrun intbagħtet 15-il ġurnata f’detenzjoni minħabba disprezz tal-Qorti. L-Eġizzjana kienet akkużata li offendiet lill-ex raġel tagħha fuq l-għatba tal-Qorti. Il-Maġistrat Mifsud sema’ x-xhieda tar-raġel li qal li martu għamlitlu ħajtu miżerja. Fil-Qorti ntqal li l-mara għamlet diversi rapporti foloz biex titfgħu l-ħabs.

Il-Maġistrat Mifsud ordna lill-mara tiffirma garanzija li tħalli bi kwietu lill-ex raġel tagħha iżda hija ma riditx. Għal diversi drabi, il-Qorti semgħet lill-akkużata tgħid li ma tridx tiffirma, bl-akkużata bdiet tgħajjat u anke tirrispondi lill-Qorti għax bdiet tgħid li ma għamlet xejn.

Minkejja li l-Maġistrat Mifsud talabha diversi drabi biex tikkontrolla lilha nfisha hija baqgħet tgħajjat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Lokali

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni…

Kronaka

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara…

Lokali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija. It-tletin…

Aktar