Lokali
Tibda tingħata f’Malta t-tilqima tal-Johnson & Johnson wara l-approvazzjoni mill-EMA

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fuq rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina, l-EMA, mil-lum bdiet tingħata t-tilqima tal-kumpanija Johnson & Johnson. Dan ifisser li issa pajjiżna għandu t-4 tilqima li permezz tagħha qiegħed ilaqqam kontra l-COVID-19.

Għall-kuntrarju ta’ vaċċini oħrajn, it-tilqima tal-kumpanija Johnson & Johnson tingħata f’doża waħda. Hu mifhum li l-ewwel konsenja ta’ dan il-vaċċin waslet f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

F’konferenza tal-aħbarijiet Mr Fearne ħabbar ukoll li Malta flimkien ma’ bosta pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fetħu kawża kontra l-kumpanija AstraZeneca wara li naqqset milli tipprovdi l-ammont ta’ tilqim miftiehem mal-Unjoni Ewropea.