Barranin
Tibda uffiċjalment il-kampanja elettorali fir-Renju Unit

Fir-Renju Unit tibda uffiċjalment il-kampanja elettorali li se twassal għall-elezzjoni ġenerali tal-Ħamis 12 ta’ Diċembru. Fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika ta’ YouGov, il-Konservattivi tilfu żewġ punti perċentwali biex issa għandhom vantaġġ ta’ 11% fuq il-Partit Laburista. Il-Liberali u Demokratiċi rreġistraw it-tielet l-akbar persentaġġ, segwiti mill-Partit Brexit.

Tibda uffiċjalment il-kampanja elettorali fir-Renju Unit. Il-Prim Ministru Boris Johnson mar Buckingham Palace għall-udjenza privata mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni biex talabha jxolji l-parlament biex isiru l-elezzjonijiet fit-12 ta’ Dicembru.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Downing Street, Johnson qal li jekk il-poplu jeleġġi lilu se jtemm l-istaġnar li rrenja fil-Parlament u jwettaq Brexit.

”Come with us, get Brexit done and take this country forward or – this is the alternative next year – spend the whole of 2020 in a horror show of yet more dither and delay.”

Il-mexxej konservattiv qal li bil-mexxej Laburista Jeremy Corbyn imexxi dik li sejjaħ koalizzjoni ta’ lwien differenti, il-poplu jista’ jaffaċċja żewġ referenda.

L-ewwel jum tal-kampanja ma kienx ward u żahar għal Johnson, hekk kif irċieva l-ittra tar-riżenja mingħand il-Ministru għall-Wales Alun Cairns.

Cairns irriżenja wara li ġie implikat li ma qalx il-verità dwar il-każ tal-eks assistent tiegħu li immina ġuri li kien se jsir dwar stupru.

Il-partiti l-oħra intant ukoll bdew bil-kampanji tagħhom madwar ir-Renju Unit.

Fl-Università ta’ Wolverhampton f’Telford, il-mexxej tal-Partit Laburista Jeremy Corbyn qal li huma se jwettqu l-bidla vera u li se jaqsmu l-poter u l-ġid ma nies li fi kliemu m’għandhomx aċċess għal nies f’pożizzjonijiet għolja. Mistoqsi dwar il-fatt li skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika l-Partit Laburista qiegħed lura ħafna mill-Konservattivi, Corbyn irrefera għal dak li seħħ sentejn ilu.

”In the 2017 election, there were queues of experts in TV studios and radio studios and so on, lining up at the beginning of the campaign to write off the Labour Party. What happened then?”

Il-Ħodor qalu li hemm temi li huma akbar minn Brexit, b’referenza għall-azzjoni meħtieġa dwar il-klima, waqt li l-Liberali qed jikkampanjaw biex iwaqqfu Brexit milli jseħħ. Il-kap tal-partit ta’ Brexit Nigel Farage kien kritiku għall-ftehim li rnexxielu jikseb Johnson mal-Unjoni Ewropea u żied li l-partit tiegħu hu aktar minn sempliċiment Brexit u ladarba l-ħruġ mill-Unjoni Ewropea sseħħ, iwiegħdu li se jwettqu diversi riformi meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar