Reliġjon
Tibdil fit-tagħlim tal-Knisja dwar il-piena tal-mewt

Il-Papa Franġisku biddel it-tagħlim tal-Knisja u tal-fidi Kattolika fejn tidħol il-piena tal-mewt.

Kelliem għall-Vatikan qal li sa qabel dan it-tibdil, il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika kien jippermetti l-piena tal-mewt għal ċertu każijiet u kien jgħid li għalkemm huwa mezz estrem, jista’ jkun tweġiba għall-gravità ta’ ċertu krimini u mezz kif jitħares il-ġid komuni.

Madankollu, il-Papa Franġisku issa għamilha ċara li l-piena tal-mewt mhi aċċettata fl-ebda ċirkostanza. Qal li l-piena tal-mewt hi attakk fuq id-dinjità tal-persuna.