Lokali
Tibqa’ bla kumpens wara li ħallset l-ispejjeż għal ħsara kawża tal-maltemp

Kumpanija tal-assigurazzjoni baqgħet b’xiber imnieħer wara li ċint waqa’ fuq karozza kawża tal-maltemp.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale semgħet li s-sid tal-karozza pparkkja l-karozza tiegħu fi Triq il-Fliegu, San Pawl il-Baħar, biswit ħajt li kien jagħlaq propjetà.

Huwa pparkkjaha hemm nhar is-7 ta’ Novembru, 2014, ġurnata ddominata minn maltempata kbira, li l-istess sid tal-karozza ddeskrivieha bħala tempesta kbira.

Fil-Qorti nstema’ li l-għada meta mar għall-karozza sab il-ħajt waqa’, bil-karozza kellha ħsarat estensivi. Kawża tal-inċident, huwa kellu ħsarat b’valur ta’ €8,338, liema flus tħallsu mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħu.

Min-naħa tagħha l-kumpanija tal-assigurazzjoni fittxet is-sid tal-art fejn kien hemm il-ħajt.

Filwaqt li d-difiża argumentat li l-ħajt ma kienx miżmum tajjeb, il-perit qal li l-ħajt kien imtella’ tajjeb, madankollu minħabba li l-ħajt kien boundary wall, kien suġġett għall-possibbiltà li jaqa’ f’każ ta’ ċiklun.

Il-Qorti nnotat li dakinhar l-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta avża li Malta kienet milquta minn ċiklun żgħir imlaqqam Medicane. Innotat ukoll li anke skont ir-rapportaġġ tat-temp fuq il-mezzi tax-xandir il-maltemp kien ħalla ħsarat kbar.

Il-Qorti qalet li l-ħajt waqa’ kawża tal-maltemp u għalhekk ma laqgħetx it-talba tal-kumpanija tal-assigurazzjoni biex is-sid tal-ħajt iħallas id-danni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar, kien arrestat aktar kmieni illum wara li nqabad mill-Pulizija fil-pussess ta’ madwar tliet kilogrammi, allegatament pjanta tal-kannabis, lesta sabiex tiġi traffikata. Huwa…

Lokali

Waqt li s-siġar huma importanti għall-ambjent u għall-arja nadifa jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitħawlu bla ħsieb. L-espert tas-siġar, Alfred E Baldacchino sostna ma’ TVM li mhux kull siġra, speċjalment…

Lokali

Mis-sena skolastika li jmiss l-istudenti tal-kindergarten u tal-Primarja f’Marsaskala se jżanżnu skola ġdida li qed tinbena b’investiment ta’ €5 miljun. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, Mario Gafa’, qal li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Kreattività investiet fit-teatru taċ-Ċinema li hemm fil-Kavillier ta’ San Ġakbu bil-għan li dan ikun aktar aċċessibli għal persuni li jużaw il-hearing aid. Permezz ta’ apparat speċjalizzat persuni bil-hearing aid…

Aktar