Barranin
“Tibqgħux tpoġġu l-‘lobsters’ u l-qarnit fil-borma ħajjin…dawk iħossu bħalna” – rapport

Rapport ikkummissjonat mill-Gvern Ingliż sab li l-qarnit, il-granċijiet u l-awwisti (‘lobsters’) huma ħlejjaq li jħossu bħall-bnedmin tad-demm u l-laħam.

Ir-rapport, li tfassal minn għadd ta’ esperti tal-Iskola tal-Ekonomija u x-Xjenza Politika ta’ Londra, jisħaq biex dawn l-ispeċi ma jibqgħux jintefgħu fil-misħun ħajjin.

L-istudju stħarreġ bir-reqqa 300 riċerka u wasal għall-konklużjoni li l-ispeċi cephalopods, fosthom il-qarnit u l-klamari, u dawk decapods, fosthom il-granċijiet u l-awwisti, m’għandhomx jibqgħu jgħaddu minn kalvarju billi jissajru ħajjin.

Click to access Sentience-in-Cephalopod-Molluscs-and-Decapod-Crustaceans-Final-Report-November-2021.pdf

Wara li ġiet ippubblikata din ir-riċerka, il-Gvern Ingliż żied lil dawn l-ispeċi f’lista ta’ ħlejjaq tal-baħar li għandhom is-sens tal-ħass, bil-għan li jitħarsu aktar.