Stejjer Umani
Tibża’ tirritorna lura f’pajjiżha għaliex irrakkontat stejjer li ma niżlux tajjeb mal-awtoritajiet

Kienet xjenzjata u inġiniera li abbandunat il-professjoni tagħha biex tiddedika ħajjitha għall-kitba.

Kitbietha bħala vuċi li tiddefendi lil dawk li huma mkasbrin madankollu wassluha biex tintefa’ l-ħabs mill-awtoritajiet Torok għal aktar minn darba. TVM ltaqa’ ma’ Asli Erdogan li tgħix fl-eżilju u sema’ l-istorja tagħha.

Asli hija kittieba Torka . . . awtriċi ta’ mill-inqas disa’ kotba li nqalbu f’dsatax-il lingwa …. u r-rebbieħa ta’ mill-inqas 24 premju letterarju.

Asli madankollu ma tiftaħarx dwar il-preġji letterarji tagħha. . . . . b’ħarsa li tixhed ansjetà, hija tirrakkonta kif intefgħet il-ħabs minħabba l-kitbiet tagħha.

Bid-dmugħ f’għajnejha qalet li tibża’ tirritorna t-Turkija għax terġa’ tintefa’ l-ħabs. Asli li hija inġiniera u fiżiċista, tinsisti li l-uniku reat li wettqet hu li ma tibżax tikkomunika l-istorja tal-vittmi u tipprova twassal l-leħen tal-persuni vulnerabbli.

“I was fired from the newspaper… horrible things were written about me in the newspapers, so of course, I lost many years and I had severe depression…” qalet Asli Erdogan.

Asli tgħid li kienet suġġetta għall-kampanji ta’ ridikolaġni biex il-kitbiet tagħha jkunu diskreditati. Tallega li kienet suġġetta għal trattamenti degradanti waqt rejds li saru f’darha meta fl-2016 kienet ittieħdet f’għassa tal-pulizija f’gaġġa ma’ tliet nisa oħra għall-interogazzjoni.

“If I were a man, I wouldn’t have had half the violence I would have of course come to jail, but some of the violence simply happened, because I was a woman writer and I was trespassing the boundaries for a woman writer” stqarret Asli Erdogan.

Hija nħelset biss grazzi għall-interventi tal-komunitajiet internazzjonali u ammiraturi tagħha li ilhom snin jaqraw u jsegwu l-kitbiet tagħha.

Minkejja t-terrur, Asli temmen li għad trid tikteb l-aħjar xogħlijiet tagħha…. u b’ton li jisfida l-fataliżmu, tgħid li se tkompli tkun it-tarka ta’ dawk li huma kkalpestati minħabba l-identità tagħhom.

“You know that you have to do it… there is no other option, sometimes when you are a witness of a crime to be able to stay honest to yourself to be able to stay as yourself … you have to write it….”kompliet tigħid il-kittieba.

Asli kienet il-mistiedna speċjali fil-festival Mediterranju tal-letteratura li għalih attendew awturi minn diversi pajjiżi.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar