Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
13°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
13°
Max
17°
  • This article is also available in English
Baħar
“Tibżgħux minnha!” – brama kbira li ma tniggiżx
Imtella' Lulju 7, 2020 - Aġġornata 19 Ta' Awwissu, 2020 10:02am
Rapport: Andrea Rossitto
Ritratti: Sandra Agius Darmanin
Filmat: Patrick Borg, Antoine Faure

Il-qilla tax-xemx ħadd ma jista’ għaliha. Ġaladarba x-xhur sħan tas-sajf iġibu magħhom aktar serħan tal-moħħ, dak li jkun x’aktarx li jerħilha ‘l barra aktar spiss, jintasab fuq xi bajja sieq fuq sieq għall-frisk maġenb il-baħar u jserraħ il-menti. X’aktarx, li l-aħħar ħaġa li dak li jkun ikun irid jara b’għajnejh hija xi brama għaddejja għall-affari tagħha fuq wiċċ l-ilma.

Madanakollu, mhux kull xorta ta’ bram jagħmel il-ħsara lill-bniedem. Jeżisti bram li minkejja l-fatt li l-kobor tiegħu jwerwer ‘il-għajnejn, ma jniggiżx. Fosthom, bram magħruf bħala ‘qassata’.

F’dan l-isfond, f’kummenti lil tvm.com.mt il-bijologa marittima Sandra Agius Darmanin qalet li wieħed m’għandux jibżà mill-hekk imsejħa qassata hekk kif dan il-bram, għall-kuntrarju ta’ dak roża li spiss naraw fl-ibħra tagħna, tant iniggeż ħafif li l-bniedem ma jħoss xejn.

Dr Agius Darmanin spjegat li fost l-oħrajn il-qassata tistħajjilha bajda moqlija għall-għamla ċatta tagħha, lewnha safrani li jkanġi fl-oranġjo, kapaċi tkun kbira sa ftit anqas minn nofs metru u ġieli aktar, u minnha joħorġu għadd ta’ saqajn b’tikek vjola. Dr Agius Darmanin qalet li l-qassata kapaċi tgħum ukoll hekk kif ma ssegwix il-kurrenti tal-baħar biss.

Il-bijologa marittima żiedet tgħid li l-qassata ġeneralment tintlemaħ f’Awwissu u f’Settembru malli jibda l-istaġun tal-lampuki. Tant, li ‘l-qassata spiss isibuha bħala ‘tal-lampuki’.

Sors: Sandra Agius Darmanin
Sors: Sandra Agius Darmanin
Sors: Sandra Agius Darmanin

 

Sors: Sandra Agius Darmanin

Ara wkoll:

“Jekk tinżel tgħum u tarah tersaqx lejh għax twaħwaħ bl-uġigħ”

“Tistadux kif ġieb u laħaq” – riċerkatriċi tisħaq li fl-ibħra tagħna hawn ħut perikoluż

Share
Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju Il-Muxrafija Rabat
Ara: ‘Il-Muxrafija’ jżur l-eqdem sptar ta’ Malta
Televiżjoni u Radju sibtek stejjer umani
Stejjer ta’ kuraġġ u divertiment garantit – edizzjoni oħra ta’ ‘Sibtek’ illum
Kurżitajiet Serata
Fuq Serataron Claudette Buttigieg tirrakkonta kif nfetqilha l-qalziet!
Barranin
ARA: Baleni jpaxxu l-għajn u jaħsdu lis-sajjieda fil-Baħar l-Aħmar
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
21/01/2021
Kronaka
AĠĠORNAT: Ir-raġel arrestat bil-kokaina fiċ-Ċirkewwa hu akkużat bil-ħruq tal-ark tal-Floriana
COVID-19
Kemm hawn persuni f’Malta li qegħdin kwarantina?
Lokali housing
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Lokali Wasteserv
Ħalli donazzjoni u ħu oġġetti li kienu mormija
COVID-19
Il-Professur Charmaine Gauci tieħu t-tilqima kontra l-Covid-19
Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra b’ħidma biex tindirizza t-tibdil li qed jiffaċċjaw il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit
Jitlaqqa’ par barbaġann bi stennija għall-ewwel frieħ fi ftit tax-xhur oħra
“Ma kienx hemm u-turns” – Bernard Grech dwar l-għażliet tiegħu għax-shadow cabinet
Penalty jagħti t-tliet punti lil Gudja United f’rebħa fuq Lija A. wara l-kwarantina
Draw bejn Floriana u Hibernians, riżultat li ma’ ssodisfa lil ebda tim
It-Teatru Salesjan u l-Fondazzjoni HELA jirċievu l-Premju tal-President għall-Kreattività 2020
Tnaqqis sinifikanti fir-rapporti ta’ reati kriminali – 16% inqas imqabbla mal-2019
FILMAT: Valletta jibdew b’rebħa taħt Cardoso, aktar problemi għal Balzan
S’issa l-Gvern wettaq 90% tal-miżuri soċjali mwiegħda
FILMAT: It-Tielet rebħa konsekuttiva għal Gżira United
ARA: Kif inhi r-rata tat-tilqim f’Malta? Dr Grech iwieġeb
Il-Gvern jestendi l-għajnuna lill-għaqdiet volontarji b’€1.1 miljun
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back