Temp
Tiċċarrat it-tinda tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim

Kmieni dalgħodu, parti mit-tinda protettiva tat-tempji ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi, iċċartet minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin.

Għaldaqstant, Heritage Malta għalqet l-aċċess għat-tempji għal xi ħin sakemm ġie aċċertat illi m’hemmx periklu għall-viżitaturi.

Impjegati tal-Aġenzija marru minnufih fuq il-post ħalli jassiguraw li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex il-materjal tat-tinda protettiva ma jkomplix jitqatta’. Kemm l-istrutturi megalitiċi u kif ukoll l-istruttura tal-ħadid illi tintrabat magħha t-tinda, ma ġarrbu l-ebda ħsara.

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar