Saħħa
Tiddaħħal l-isptar tarbija maħkuma mill-meninġite

Fi stqarrija, l-Awtoritajiet tas-Saħħa kkonfermaw li ddaħlet tarbija l-isptar maħkuma mill-mikrobu tal-meninġite.

Qalu li t-tip ta’ meningite li ħakmet lit-tarbija ma ttieħditx mill-isptar u lanqas m’hi marbuta mal-mewt tat-tifel ta’ 4 snin li miet bil-meninġite ftit tal-jiem ilu.

L-istqarrija kompliet tgħid li ż-żewġ każijiet ma ġewx ikkaġunati mill-istess mikrobu u li l-infezzjoni tal-meninġite tista’ tiġi kkawżata minn tipi differenti ta’ mikrobi. Dik li qed taffettwa lit-tarbija hija waħda li taħkem lit-trabi biss fl-ewwel tliet xhur ta’ ħajjithom.

F’Malta, jiġu rrappurtati mal-4 każijiet ta’ meninġite fit-trabi fis-sena.

Din it-tip ta’ meninġite fit-trabi tista’ ttiġi mfejqa bl-antibijotiċi u ma teżisti l-ebda tilqima biex tipprevjeni kontra l-infezzjoni.

L-awtoritajiet qalu li, biex wieħed jipprevjeni tali infezzjonijiet għandu, jaħsel idejh ta’ spiss, speċjalment jekk qiegħed f’kuntatt mill-viċin mat-trabi li huma aktar suxxettibbli li taħkimhom din il-marda.

Ara wkoll:

Imut tifel ta’ 4 snin aktarx bil-meninġite

 

 

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar