Tiddaħħal sisa fuq boroż suwed mhux bijodegradabbli

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li t-tneħħija tal-eko-kontribuzzjoni fuq il-batteriji, is-saqqijiet, id-deterġenti, it-toiletries u l-filters tal-vetturi kif ukoll oġġetti u kontenituri tal-plastik użati fil-kċina. Qal li wħud minn dawn il-prodotti mistennija jorħsu fil-prezz.

Minkejja li se titneħħa l-eko-kontribuzzjoni, qal li hemm bżonn qafas leġislattiv aktar effettiv għat-toiletries u anke għall-batteriji minħabba l-konsum sinifikanti tagħhom.

Qal li mill-bidu tas-sena d-dieħla t-toiletries se jidħlu fir-reġim tas-Sisa biex l-importaturi jkollhom ċans jaġġustaw għas-sistem l-ġdida.

Minn għada s-Sisa fuq il-boroż is-suwed tal-iskart li mhumiex bijodegradabbli se tiżdied biex il-poplu Malti u Għawdxi jibda jirriċikla iktar l-iskart fil-boroż il-griżi u l-ħodor. Il-boroż il-ġriżi u l-ħodor u boroż suwed bio-degradabbli se jibqgħu eżentati mit-taxxa tas-Sisa.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern kellu surplus fil-finanzi pubbliċi għaliex daħħal aktar milli nefaq. Ċifri tal-Eurostat maħruġa għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea skont il-kriterji tal-patt ta’ stabilità ta’ Maastricht juru li l-Gvern…

Qorti

Raġel li ħebb għal kandidat tal-Partit Demokratiku li se jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ingħata l-libertà kkundizzjonata u ġie ordnat biex joqogħod ‘l bogħod minnuu. Jack Azzopardi ta’ 32 sena mill-Qrendi…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li Malta hija pajjiż newtrali, ma jfissirx li għandha tagħlaq għajnejha. Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti dwar id-deċiżjoni…

Politika

L-għada li għalqu n-nomini tal-kandidati għall-elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista qal li kien għall-Partit Nazzjonalista l-elezzjonijiet ma kienux isiru f’diversi lokalitajiet u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar kandidati biex…

Aktar