Barranin
Tieħu ċans forsi jirranġaw imma hu ma jridx iktar irbit magħha

Wara li kienu temmew ir-relazzjoni u ż-żwieġ tagħhom, eġa’ feġġ raġġ ta’ tama għall-koppja Angelina Jolie u Brad Pitt.

Iż-żewġ artisti ta’ Hollywood kienu ilhom jgħixu separati għal diversi xhur, iżda jidher li l-karti tad-divorzju għadhom ma ġewx iffirmati.  Skont il-ġurnal Ingliż The Sun, l-attriċi qed tipprova tirranġa ma’ żewġha fl-aħħar tentattiv biex iżommu l-familja magħquda.

Pitt jidher li ma laqax il-proposta ta’ Jolie u talabha tapplika għad-divorzju u b’hekk tintemm darba għal dejjem l-istorja ta’ mħabba li kien hemm bejniethom.

Filwaqt li l-ġurnal jikkwota sorsi qrib l-attriċi jgħidu li Jolie tixtieq tirranġa d-differenzi li kellha ma’ żewġha, ħbieb tal-attur qalu Pitt dejjem żamm fommu sieket u jixtieq li martu ma tibqax ittawwal biex jieħdu d-divorzju.