Storja
Tieqa fuq l-istorja tal-maskri tal-gass

F’postijiet bħal ħwienet u fuq tal-linja għandna l-obbligu nilbsu l-maskri biex nipproteġġu lil ħaddieħor mill-COVID-19. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, missirijietna wkoll kellhom jilbsu l-maskri, dakinhar kontra l-biża’ ta’ xi attakk bl-użu ta’ gass. U jekk il-maskri tal-lum huma magħmula minn materjal ħafif – dari kienet storja oħra.

Fid-daħla tal-Mużew ta’ Malta fil-Gwerra fil-Birgu, infetħet tieqa fuq l-istorja – bl-ewwel wirja hija dwar il-maskri tal-gass fi żmien il-gwerra. Iċ-chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia qal li 75 sena ilu, missirijietna kienu mitluba li jġorru dawn il-maskri magħhom u li kien hemm multi għal min ma jilbishomx.

“Dawn huma maskri tal-gass, ħafna minnhom ċivili, tista’ tgħid 95% huma ċivili jiġifieri kienu jilbsuhom in-nies komuni mhux in-nies militari u ġejjin minn ħafna pajjiżi differenti. Hawnhekk għandek xi 25 pajjiż differenti,” qal iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia.

Għall-wiri wkoll maskri li kienu jintlibsu f’Malta, magħmula l-Ingilterra. Is-Sur Farrugia qal li minkejja li Malta qatt ma ġiet attakkata bil-gass, il-Maltin kienu fost tal-ewwel fl-Imperu Ingliż li kienu ħarġulhom il-maskri tal-gass fl-1935 meta kien hemm il-Gwerra tal-Abbissinja.

“Kien hemm biża’ li t-Taljani se jużaw il-gass kontra Malta anke jekk ma kienx hemm dikjarazzjoni ta’ gwerra, jiġiferi l-Maltin kienu fuq quddiem nett nett li esperjenzaw l-antipatija biex ngħid hekk li inti tilbes maskra tal-gass għax il-maskra tal-gass ma kienetx xi ħaġa pjaċevoli ħafna li tilbisha,” is-Sur Farrugia.

Il-maskri tal-gass kienu magħmula mil-lastiku u kienu jissiġġillaw mal-wiċċ kontra dħul ta’ gass mill-imnifsejn jew il-ħalq.

“Għandna materjal li huwa rari pereżempju hawnhekk għandna maskra ta’ trabi Amerikana li hija rarissima li fil-fatt talbuhielna miżew Amerikan meta sau jafu li għandna waħda minnhom,” kompla ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna.

Is-Sur Farrugia qal li “Tieqa fuq l-Istorja” hu kunċett ġdid ispirat mis-sitwazzjoni li qed ngħixuha fiha fejn trid tinżamm id-distanza soċjali. Qal li l-pubbliku xorta waħda jista’ jitgħallem dwar l-istorja mingħajr ma jkollu għal xiex jidħol fil-mużew.

Dan il-proġett sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Fondazzjoni Kottonera. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Glenn Bedingfield qal li minn hawn u ftit ġimgħat oħra, il-Fondazzjoni Kottonera se toħroġ sejħa għall-għaqdiet mhux governattivi mill-Kottonera biex tgħinhom fil-proġetti u inizjattivi tagħhom.

Din il-wirja tagħlaq fl-aħħar t’Ottubru li ġej meta t-tieqa tinfetaħ fuq aspett ieħor tal-istorja.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar