Barranin
Tifel fi Florida ċempel għall-għajnuna għax fjakka – ara x’għamlu l-Pulizija

Tliet uffiċjali tal-Pulizija fi Florida, fl-Istati Uniti, issejħu fuq każ li mad-daqqa t’għajn deher li jaqa’ fil-kompitu tagħhom.

Tifel kien ċempel għall-għajnuna għax kien bil-ġuħ, u l-Pulizija assumew li kien każ ta’ maltrattament. Waqt li kienu fi triqthom, ġew infurmati li t-tifel kien qed jitlob pizza.

Meta waslu fl-indirizz indikat, il-Pulizija sabu lil Manuel; tifel ta’ 5 snin, flimkien m’oħtu ta’ 15-il sena. Kien evidenti li ma kien hemm ebda abbuż, u t-tifel kien qabad u ċempel mingħajr ma ndunat oħtu.

Għalkemm ma kienx xogħolhom, il-Pulizija ma ridux jiksru qalb it-tifel, u għalhekk ordnawlu pizza u wassluhielu d-dar.

Fl-istess waqt ħadu l-opportunità biex ifakkru lill-pubbliku ma jċempilx in-numru tal-emerġenza għalxejn, u għallmu wkoll lit-tifel meta għandu u m’għandux juża dan in-numru.