Barranin, Kurżitajiet
Tifel ifiq mil-leukemia eżatt kif it-tobba kienu qatgħu qalbhom

Tifel ta’ 8 snin ninn Lancashire, fir-Renju Unit, kien ilu marid bil-leukemia mindu kellu sentejn.  Bejn it-trapjanti tal-mudullun u l-kimoterapija, it-tobba għamlu minn kollox biex ifejquh iżda bla ebda riżultat.

Tant beda sejjer lura t-tifel, li f’ċertu punt, it-tobba ddeċidew li jwaqqfu l-kura li kien qed jingħata.  Huma bassru li t-tifel mhux se jagħmilha sal-Milied.  Madanakollu, f’daqqa waħda, meta kulħadd tilef kull tama, il-kundizzjoni ta’ saħħet it-tifel bdiet titjieb.

It-tobba qed iqisu dan bħala miraklu minħabba li l-każ ta’ Julian kien rari ħafna, l-uniku minn fost xi 7 biljun ruħ jgħaddu mis-sitwazzjoni li kien qed jiffaċċja t-tifel.  Issa t-tip ta’ kanċer rari li għandu Julian ċkien sostanzjalment u l-leukemia m’għadhiex titqies bħala akuta imma li tista’ titfejjaq.

Ommu Aneta hija konvinta li b’dieta speċjali li kienet titma’ lil binha, li tikkonsisti f’ħalib (magħmul minn pjanti u li jintuża bħala rimedju naturali għal min ikun marid), ilma bl-alkalina u frott frisk magħsur, wasslu biex Julian qaleb għall-aħjar u qed ifieq mill-marda terminali li kellu.

Għat-tobba dan huwa każ li seta’ jitfejjaq biss b’miraklu ma’ Julian!

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Riċerkaturi tal-University College London u l-Università ta’ Leeds sostnew li x-xorb minn flixken tal-plastik u l-użu tal-microwave ma jikkawżawx il-kanċer. Qalu li min-naħa l-oħra, l-ikbar tliet kawżi tal-kanċer huma t-tipjip,…

Barranin

Prinċep Harry talab lil ħuh il-Prinċep William biex ikun il-best man fit-tieġ tiegħu. It-tieġ ta’ Prinċep Harry u Meghan Markle se jsir nhar id-19 ta’ Mejju f’St. George’s Chapel, Windsor…

Barranin

Il-ġenituri ta’ Alfie Evan tilfu l-battalja tagħhom fil-Qorti biex jieħdu lil binhom l-Italja għat-trattament. Alfie ta’ 23 xahar qed ibati minn kundizzjoni f’moħħu. Dan wara li tliet ijiem ilu ntfew…

Barranin

Qorti fit-Turkija bagħtet tlettax-il ġurnalist ieħor il-ħabs fuq akkużi ta’ terroriżmu, f’każ li qajjem agħa madwar id-dinja. Il-ġurnalisti kienu impjegati tal-gazzetta tal-Oppożizzjoni, li kienet ħadet pożizzjoni qawwija kontra l-Gvern Tork….

Aktar