Barranin
Tifel ifiq waħdu mill-kanċer wara li qalulu mhux se jgħix sal-Milied

Tfajjel ta’ 8 snin li marad b’kanċer terminali rnexxielu jfiq mingħajr ma ngħata ebda trattament. Dan wara li skont it-tobba Julian Malankowska ma kienx se jgħix sal-Milied li għadda.

Julian kien ilu jingħata l-kura l-isptar tant li mument minnhom Julian kien qal lil ommu li jixtieq imut għax għejja u ddejjaq l-isptar.

Fl-2011, Julian marad bl-acute lymphoblastic leukaemia, kanċer fiċ-ċelloli bojod tad-demm. Huwa kien għeleb il-kanċer tliet darbiet permezz tal-kura madankollu f’Ġunju, 2017 reġa’ feġġ. Din id-darba t-tobba ma kinux tawh trattament għax qalu li t-tifel ma kienx se jwassal sal-Milied.

Minkejja dan it-tifel beda jaqleb għall-aħjar waħdu, bit-tobba jsejħu dan il-każ bħala wieħed rari.

Omm it-tifel, Aneta qalet li għall-ewwel ma setgħux jemmnu b’din l-aħbar hekk kif qabel dejjem kienu jgħidulhom biex jippreparaw għax binhom se jmut.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar