Saħħa
Tifel Ingliż kważi jagħma għal kollox b’laser point pen

Archie Mapson li għad għandu biss 9 snin kważi tilef id-dawl t’għajnejh wara li lagħab b’laser point pen.

It-tifel kkawża ħsara kbira f’għajnejh wara li pponta l-laser point pen f’għajnejh. F’temp ta’ ftit sekondi, it-tifel ħaraq ir-retina t’għajnejh.

Mapson li jgħix f’Essex, ma jistax jaqra, jgħaraf lill-familja tiegħu jew lil sħabu u lanqas jaqsam it-triq waħdu wara l-inċident – ftit li xejn qiegħed jara bit-tbajja suwed kbar li qed jostaklolawlu l-vista.

It-tobba jaħsbu li hemm ċans li d-danni huma rriversibbli għaliex il-ħsara li saret hija kbira.

Ommu, Emma Carson, qalet li qatt f’mitt sena ma bassret li l-laser point pen, li tinbigħ f’ħanut tal-ġugarelli, setgħet twassal għal dan.

Mit-testijiet u l-iscans li sarulu, omm it-tifel qalet li saħansitra rat il-ħsara li saritlu iswed fuq l-abjad – fejn id-dawl tal-laser ħaraqlu għajnejh sal-punt li kkawżalu toqob fil-ħabba.

Id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) aktar kmieni llum ħarġu twissija dwar il-periklu ta’ dan l-oġġett li meqjus ġugarell.

Il-laser point pens, f’Malta ma jistgħux jiġu impurtati u wisq inqas jinbiegħu mill-ħwienet lokali għax ġew ipprojbiti.

Għal aktar informazzjoni ara wkoll:

TWISSIJA: Dawn mhumiex ġugarelli għax tista’ tagħma bihom

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Saħħa

Skont il-European Health Journal, it-tniġġis fl-arja jnaqqas il-ħajja tal-Ewropej b’sentejn. Ir-rapport jgħid li ma’ 80,000 persuna jmutu qabel il-waqt fl-Ewropa kawża ta’ arja mniġġsa, jiġifieri mas-17% tal-5 miljuni ta’ imwiet…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Aktar