X

Tifel Ingliż kważi jagħma għal kollox b’laser point pen

Archie Mapson li għad għandu biss 9 snin kważi tilef id-dawl t’għajnejh wara li lagħab b’laser point pen.

It-tifel kkawża ħsara kbira f’għajnejh wara li pponta l-laser point pen f’għajnejh. F’temp ta’ ftit sekondi, it-tifel ħaraq ir-retina t’għajnejh.

Mapson li jgħix f’Essex, ma jistax jaqra, jgħaraf lill-familja tiegħu jew lil sħabu u lanqas jaqsam it-triq waħdu wara l-inċident – ftit li xejn qiegħed jara bit-tbajja suwed kbar li qed jostaklolawlu l-vista.

It-tobba jaħsbu li hemm ċans li d-danni huma rriversibbli għaliex il-ħsara li saret hija kbira.

Ommu, Emma Carson, qalet li qatt f’mitt sena ma bassret li l-laser point pen, li tinbigħ f’ħanut tal-ġugarelli, setgħet twassal għal dan.

Mit-testijiet u l-iscans li sarulu, omm it-tifel qalet li saħansitra rat il-ħsara li saritlu iswed fuq l-abjad – fejn id-dawl tal-laser ħaraqlu għajnejh sal-punt li kkawżalu toqob fil-ħabba.

Id-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) aktar kmieni llum ħarġu twissija dwar il-periklu ta’ dan l-oġġett li meqjus ġugarell.

Il-laser point pens, f’Malta ma jistgħux jiġu impurtati u wisq inqas jinbiegħu mill-ħwienet lokali għax ġew ipprojbiti.

Għal aktar informazzjoni ara wkoll:

TWISSIJA: Dawn mhumiex ġugarelli għax tista’ tagħma bihom

 

 

 

rg :