Kronaka
Tifel iweġġa’ gravi waqt qabża fil-baħar f’Tas-Sliema

Tifel Malti ta’ 14-il sena weġġa’ gravi meta qabeż il-baħar f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fil-ponta ta’ Tigne għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li waqt li kien qed jaqbeż fil-baħar, it-tifel laqat il-blat.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-Pulizija qed tinvestiga.