Barranin
Tifel jinsab mejjet fil-bagoll tal-karozza tas-sieħba ta’ missieru

Agħa fi Spanja għas-sejba ta’ tifel ta’ 8 snin mejjet fil-bagoll tal-karozza tas-sieħba ta’ missieru.

Is-sejba saret wara tnax-il ġurnata ta’ tfittxijiet għat-tifel, Gabriel Cruz, ta’ 8 snin. Is-sieħba ta’ missieru, Ana Julia Quezada mir-Republika Dominikana, spiċċat taħt sorveljanza tal-Pulizija wara li għall-ewwel dehret li ġenwinament qed tgħin fit-tfittxija.

Hi ġiet arrestata mal-40 kilometru minn fejn Gabriel ġie rappurtat nieqes.

Eluf ta’ pulizija u voluntiera kienu qed ifittxu lil Gabriel wara li għeb waqt li kien fi triqtu mid-dar ta’ nanntu għad-dar ta’ kuġinuh li tinsab anqas minn mitt metru ‘l bogħod.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ nies inġabru fil-monument preistoriku ta’ Stonehenge biex jiċċelebraw il-bidu tas-solistizju tas-sajf. Il-miġemgħa bdiet tgħajjat malli bdiet tiela’ x-xemx min-nofs il-ġebliet wieqfa li hemm fis-Sit Patrimonju Dinji fil-Lbiċ tal-Wiltshire…

Barranin, Kurżitajiet

Huwa fatt magħruf li l-pilloli li nieħdu għandhom effetti sekondarji fuq il-bniedem. Ħafna jaħsbu li l-effett huwa biss wieħed fiżiku bħal xi raxx jew uġigħ ta’ ras. Madankollu, studju li…

Barranin

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u…

Barranin

L-utenti tal-Instagram se jkunu jistgħu jtellgħu filmati twal sa siegħa. Il-kumpanija ħabbret dan waqt attività f’San Francisco. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Instagram Kevin Systrom spjega li l-filmati se jkunu b’tali mod…

Aktar