Barranin
Tifel jitwaqqa’ mill-10 sular tal-gallerija tal-arti Tate Modern

F’Londra tifel ta’ sitt snin jinsab f’kundizzjoni kritika iżda stabbli wara li twaqqa’ mill-għaxar sular tal-gallerija tal-arti Tate Modern. It-tifel instab fuq il-bejt tal-ħames sular. Fuq il-każ il-pulizija arrestat ġuvni ta’ sbatax-il sena fuq akkużi ta’ attentat ta’ qtil. Il-pulizija qalet li ma jidhirx li l-ġuvni kien jaf lil dan it-tifel u spjegat li għadha qed tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi tal-każ.

Olga Malchevska, viżitatur ta’ Tate Modern qalet “at some moment I saw the noise on my right-hand, people started to a bit like push that way. My first instinct was like, ‘oh my god, something is going on’, and i felt like I must take my child and try to move out, and we rushed to the exit and then on my way to the lift I met that woman who was running and she was shouting, ‘oh my son, my son’ – it is something which I heard clearly, maybe she was saying something else, but I heard that – and she was crying desperately, and I felt like maybe I should help her but I had my child and I felt scared, you know, I felt like I should take him out of there. So we just jumped to the lift which was already packed and we were like literally the last people to jump inside, and we went down and in the lift everybody already knew that the boy fall (fell) down and everybody was discussing what happened.”

Xhieda li kienu fuq il-post qalu li l-ġuvni nżamm min-nies li kienu preżenti u deher kalm.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija li qed tipproduċi l-ajruplani Boeing, qed taffaċċja problemi ġodda relatati mal-ajruplan kontroversjali 737 Max. Dan hekk kif instabu frak u fdalijiet fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ uħud mill-ajruplani li qed jistennew…

Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Aktar