Barranin
Tifel ta’ 13-il sena jmut wara li għamel użu mid-droga ta’ missieru f’Ohio

Tifel ta’ 13-il sena minn Ohio, fl-Istati Uniti, miet kawża ta’ doża qawwija tal-eroina. Hu sab din id-droga fid-dar tiegħu. Id-droga kienet proprjetà ta’ missieru li bħalissa qed jiskonta piena ta’ ħabs.

Nathan Wylie ntilef minn sensieh fil-garaxx tad-dar tiegħu, il-Ġimgħa filgħaxija. Missieru kien juża l-istess garaxx biex isewwi xi karozza.

Meta nstab, it-tifel ittieħed fi stazzjon tat-tifi tan-nar li jinsab viċin id-dar tiegħu iżda kien kollu għalxejn peress li l-effett tad-droga kien ħadem fuqu sew.

Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza iżda miet matul il-lejl tal-Ħadd.