Kisbiet
Tifel ta’ 13-il sena se jaqsam il-fliegu bl-għawm

Brave the Wave hija l-isfida li se jidħol għaliha dan ix-xahar Kai Naudi, tifel ta’ 13-il sena.

Hu se jgħum minn Għawdex sa Malta f’inizjattiva għall-karita’ imma li biha jrid iwassal messaġġ lil tfal vittmi ta’ xi forma ta’ bullying li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar u li huma kapaċi jieqfu l-bullying; kif għamel hu stess.

TVM tkellem ma’ Kai waqt li kien qed jitħarreġ f’Tas-Sliema.

Kai Naudi għad għandu 13-il sena u qed jistenna li malli t-temp jippermetti dan ix-xahar jgħum minn Għawdex għal Malta biex jinġabru fondi għall-għaqdiet mhux governattivi Inspire u bBrave li tiġġieled il-bullying.

Kai ilu sena jitħarreġ għal din l-isfida mal-kowċ tiegħu Jeffrey Galea.

L-għaqda bBrave tiġġieled kontra l-bullying – ħaġa li meta kien iżgħar Kai esperjenzaha.

“When I was younger, a lot of people used to pick on me for the way I looked or the way I acted to certain things, and over time, I wouldn’t react well to this and I got bad reputation with the teachers. And it would all just to start falling down and something would happen and start feeling super bad about myself.”

Jgħid li kienu l-ħbieb veri li għenuh ikampa ma’ din ir-realtà. Qal li maż-żmien irrealizza li l-aħjar triq meta wieħed jesperjenza bullying hi li jħalliha warajh u jgħix ħajtu.

“And over time as I dealt with it, I realised that the best option was to just leave it behind, and start a new life.”

Kai qed jitħarreġ sitt ijiem fil-ġimgħa, għal sagħtejn sħaħ kuljum, xi drabi mal-kowċ tiegħu u drabi oħra mal-klabb ta’ Tas-Sliema.

B’din l-isfida, Kai qed jittama li jkun ta’ ispirazzjoni għal persuni oħra biex jemmnu iżjed fihom infushom u jkunu determinati jaslu fejn iridu jaslu.

Kull min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq +356 99835106 jew billi jibgħat email fuq [email protected]

Jista’ jintbagħat SMS fuq 50618926 għal donazzjonijiet ta’ €6.99 jew fuq 50619215 għal donazzjonijiet ta’ €11.65.

Jistgħu isiru wkoll donazzjonijiet f’kontijiet ta’ tlett banek:

HSBC

Account Number: 049015522001

IBAN: MT45MMEB44495000000049015522001

BIC/Swift Code: MMEBMTMT

BOV

IBAN: MT66VALL22013000000040017862343

BIC/Swift Code: VALLTMTMT

 APS

IBAN: MT85APSB77080005969620000804217

BIC/Swift Code: APSBMTMT