Lokali
Tifel ta’ 3 snin fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza

Tifel Ġermaniż ta’ 3 snin jinsab fil-periklu tal-mewt l-isptar wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.45am fi Triq Bordin, kantuniera ma’ Triq San Luqa,  Gwardamanġa.

TVM jinsab infurmat li t-tifel allegatament żgiċċa minn taħt għajnejn missieru u qasam it-triq u ntlaqat mill-karozza misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Għargħur.

It-tifel ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn instab fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq ukoll ittieħed l-isptar minħabba x-xokk qawwi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġsitrat tal-Għassa J.Demicoli

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’digriet ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta’ Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijtà ta’ Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’…

Lokali

Xena mill-isbaħ tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kif probabbli qatt ma rajtha. Dan ir-ritratt, li ttieħed mill-astronomu Joseph Caruana, jagħtina ħjiel tal-ġmiel naturali li kienu jgawdu missirijietna, u li llum sfortunatament…

Lokali

Fl-1 ta’ Lulju, fil-pjazza ewlenija tal-Qala, l-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex se jorganizza l-‘Festa Għawdxija’. Dan l-avveniment se jsir proprju meta l-istaġun tal-festi f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu….

Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa. Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif…

Aktar