Kronaka
Tifel ta’ 3 snin jittajjar f’Għawdex

Tifel ta’ tliet snin ittajjar minn karozza fi Triq it-Tiġrija fir-Rabat Għawdex ilbieraħ wara t-8pm. Il-Pulizija qalet li t-tifel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

It-tifel li kien mal-ġenituri tiegħu waqt l-inċident ittajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 24 sena li joqgħod l-Għarb Għawdex. It-tifel ukoll huwa Għawdxi u joqgħod iż-Żebbuġ.

Minħabba l-inċident it-triq ingħalqet għal diversi sigħat sakemm saru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.