Lokali
AĠĠORNAT: Tifel ta’ 3 snin jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Qawra

It-tifel ta’ tliet snin mill-Maċedonja li lbieraħ intlaqat minn karozza fil-Qawra, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq it-Turisti għall-ħabta tas-6.00pm.

L-inċident seħħ meta għal xi raġuni t-tifel, li joqgħod San Pawl il-Baħar, intlaqat minn vettura tal-għamla Kia Avella misjuqa minn raġel ta’ 30 sena, ukoll residenti San Pawl il-Baħar.

It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn illum kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.