Barranin
Tifel ta’ 8 snin isir is-sitt vittma tal-attakk b’karozza waqt parata f’Wisconsin

Tifel ta’ 8 snin, identifikat bħala Jackson Sparks, huwa s-sitt vittma tal-attakk f’Wisconsin, fl-Istati Uniti, il-Ħadd li għadda.

Iċ-ċkejken Jackson miet l-isptar, wara li operazzjoni kkumplikata fuq moħħu f’tentattiv biex jiġi salvat, intemmet bla suċċess. Jackson intlaqat mill-karozza flimkien ma’ ħuh Tucker ta’ 12-il sena, li minkejja l-ġrieħi gravi, mistenni jirkupra.

Iż-żewġt itfal kienu fost 62 persuna li ndarbu meta ttajru minn vettura li saqet għal fuqhom waqt parata tal-Milied. 18 minn dawk midruba huma tfal.

Darrel Brooks ta’ 39 sena, li huwa magħruf mal-pulizija, issa qed ikun mixli bil-qtil volontarju ta’ sitt persuni, wara li Jackson żdied mal-lista tal-vittmi. Il-Pulizija qalet li Brooks beda jsuq żigużajg biex jolqot kemm jiflaħ nies.

Il-vittmi l-oħra huma Virginia Sorenson ta’ 79 sena, LeAnna Owen ta’ 71 sena, Jane Kulich ta’ 52 sena, Wilhelm Hospel ta’ 81 sena u Tamara Durand ta’ 52 sena.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Identifikat sid il-karozza li qatlet 5 waqt parata

Is-sewwieq li baqa’ dieħel f’parata tal-Milied fl-Amerka mixli b’ħames kapi ta’ qtil