Lokali
Aġġornat: Tifel ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular u nofs minn tieqa fil-Mellieħa

Tifel ta’ sentejn qiegħed jissielet għall-ħajtu fl-isptar Mater Dei wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Mellieħa.

L-inċident sfortunat seħħ għall-ħabta tal-10.30 a.m. f’residenza li tinsab fi Triq ir-Rattan meta għal xi raġuni t-tifel waqa’ minn tieqa fir-residenza.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei li tawh kura ta’ emerġenza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.