Barranin
Tiffany tinxtara minn Louis Vuitton għal $16-il biljun

Il-biljunarju Bernard Arnault, li huwa sid il-kumpanija LVMH, kompla jinvesti fl-industrija tal-moda lussuża, hekk kif ħabbar li xtara d-ditta Amerikana tal-ġojjelli Tiffany & Co.

Dan huwa l-ikbar akkwist ta’ LVMH, magħrufa aħjar bħala Louis Vuitton, wara li din xtrat ukoll id-ditta Bulgari għal $5.2 biljun tmien snin ilu.

Arnault qal li Tiffany għandha wirt kbir u tikkumplimenta ż-żewġ ditti l-oħra tal-kumpanija.

Il-marka Tiffany kienet splodiet fil-fama wara l-film tal-1961 Breakfast at Tiffany’s (ritratt – fuq), li fih ħadmet il-parti prinċipali Audrey Hepburn.

Fl-aħħar snin iżda Tiffany kienet milquta min-nuqqas fil-bejgħ, affetwat min-tnaqqis fix-xiri mit-turisti u dollaru b’saħħtu.

Il-biljunarju Bernard Arnault
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mexxejja minn madwar id-dinja nġabru f’Iżrael biex ifakkru il-75 anniversarju mindu il-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz inħeles mill-ħakma Nażista. Il-qofol ta’ dan l-anniversarju mistenni jintlaħaq nhar it-Tnejn, b’ċerimonja f’Auschwitz fil-Polonja….

Barranin

Beda bħala apprendist ta’ Pierre Cardin u imbagħad ħadem bħala disinjatur għal Hermes. Wieħed mill-ġganti tad-dinja tal-moda, Jean Paul Gaultier, ippreżenta l-aħħar wirja tiegħu qabel ma jirtira formalment mill-industrija wara…

Barranin

Is-sriep huma x’aktarx il-kaġun tat-tixrid tal-coronavirus, li ħalla 17-il persuna mejta fiċ-Ċina. Is-serp krait u l-cobra Ċiniż x’aktarx huma s-sors ewlieni tal-coronavirus, mikrobu perikoluż li jinfirex malajr. L-esperti jemmnu li…

Barranin

Huanggang, bħal Wuhan qed tieħu miżuri drastiċi iżda neċessarji biex tipprevjeni li jkompli jinxtered il-coronavirus li s’issa ħalla 17-il persuna mejta. Fi Huanggang hemm madwar 6 miljun persuna u minħabba…

Aktar