Stejjer Umani
Tifla bid-down syndrome tifraħ u tferraħ fil-Karnival

Carla Cutajar ta’ tlettax-il sena kienet eċċitata mmens li għall-ewwel darba ngħatat l-opporunità li tkun parti miż-żifna tradizzjonali li tiftaħ il-karnival ta’ Malta. Kien ftit tax-xhur ilu meta Carla bdiet titħarreġ mal-għalliema taż-żfin Annalise Ellul, li laqgħatha b’dirgħajha miftuħin.

Is-sinjura Ellul li binha wkoll għandu l-kundizzjoni down syndrome tħossha sodisfatta mmens għaliex Carla ntegrat b’mod tajjeb ħafna mat-tfal l-oħra.

“L-inklużjoni dik li hi, Carla mal-oħrajn, it’s a team effort u anki mill-istudenti l-oħra, kburin li għandna lil Carla magħna”

Carla ngħatat ħafna għajnuna minn sħabha ż-żeffiena li żifnu magħha għall-ewwel darba. Qalulna kif Carla hija tifla dħulija, u li jieħdu gost jgħinuha fiż-żfin.

Omm Carla, Madeline Cutajar qalet li tħossha kuntenta mmens li Carla ħadet sehem fiż-żifna tal-karnival.

“L-inklużjoni fl-aqwa tagħha, tfal u studenti laqgħuha, Annalise titrattaha daqs tfal oħra, sodisfazzjon enormi.”

Lebsin ta’ buffi, iż-żeffiena paxxew pjazza biż-żifna tradizzjonali, Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal, Viva Viva l-Karnival….b’Carla rnexxielha tagħmel il-passi bi preċiżjoni bħal sħabha, qalb iċ-ċapċip u l-entużjażmu tal-udjenza. Għal Carla, dan huwa karnival li mhu se tinsa qatt.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar