Barranin
Tifla fl-Indja stuprata u maqtula minn għadd ta’ rġiel

Tmien irġiel fl-Indja, fosthom erba’ pulizija, qed ikunu akkużati bl-istupru u l-qtil makabru ta’ tifla ta’ 8 snin. Il-katavru ta’ Asifo Bano nstab f’Jannar li għadda f’foresta qrib Kashmir.

Iċ-ċkejkna Asifo kienet parti minn tribù Musulman li kien jivjaġġa fil-Himalayas. Fix-Xitwa spiss imorru bil-merħla f’Jammu, fejn kellhom xi jgħidu ma’ residenti Induwisti.

Iż-żona hija waħda ta’ kunflitt li ilu għaddej sa mis-snin tmenin, bil-maġġoranza Induwista ta’ Kashmir tipprotesta kontra t-tmexxija Indjana. Jammu, biswit Kashmir, għandu maġġoranza Induwista.

Qed ikun issuspettat li l-istupru u l-qtil ta’ Asifo twettaq f’tentattiv biex jitnaffru l-membri tat-tribù Musulman u jitilqu miż-żona.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar