Kisbiet
Tifla Maltija jirnexxielha tiżfen fi produzzjoni prestiġjuża f’Londra

Twieldet l-Etjopja, u ġiet adottata f’Malta, wild minn tlieta addottati fl-istess familja. Kull tmiem il-ġimgħa titla’ Birmingham għal lezzjonijiet tal-ballet.

Għalkemm għad għandha tnax-il sena, Kenzie Galea diġa rebħet boroż ta’ studju fiż-żfin u ntgħażlet għal produzzjoni prestiġjuża li ttellgħet erba’ darbiet fir-Royal Albert Hall f’Londra.

Kenzie Galea, studenta fit-tieni sena tas-sekondarja fl-iskola nazzjonali tal-Visual and Performing Arts, intgħażlet minn fost mijiet biex kienet waħda minn tmien bniet li ħadet sehem f’The Nut Cracker, mal-Birmingham Royal Ballet, f’The Royal Albert Hall f’Londra.

“I never really thought what if I got in, it was mostly for the experience. And when I heard that I got in I was really happy and shocked, and then when I heard that I was going to dance on stage with the Birmingham Royal Ballet it was like a dream that came true,” qalet Kenzie.

Kenzie tiżfen il-ballet, il-jazz, flamenco u escual bolera li hija taħlita ta’ ballet u flamenco, mal-kumpanija lokali taż-żfin Estudio de Danza. Flimkien mal-għalliema tal-iskola u bl-appoġġ bla limitu tal-ġenituri adottivi, ħeġġew lil Kenzie għal dawn il-provi. Kull tmiem il-ġimgħa titla’ Birmingham għal-lezzjonijiet fil-ballet.

“Dance is like a passion for me so even though you might think it’s a long journey every weekend, after all I’m doing this for my future so I’ll be trying my best and looking forward,” spjegat Kenzie.

Kenzie bdiet il-lezzjonijiet taż-żfin meta kellha tliet snin, iżda ommha tgħid li kienet bdiet tiżfen qabel tgħallmet timxi sewwa. Stqarret li kienet bħal ħolma surreali meta ratha tiżfen fir-Royal Albert Hall.

“I never ever would have dreamed that my daughter would be on that stage. And me and my mum went to see her and my daughter and we sat there and we were in awe really because it was quite surreal. It was just gobsmacked,” qalet Tracy Galea, omm Kenzie.

L-opportunitajiet għal Kenzie se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin. Hi se tattendi l-Elmhurst Summer School f’Birmingham u f’Lulju se tmur Sevilla fi Spanja wara li rebħet borża ta’ studju biex tispeċjalizza fiż-żfin Flamenco.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Aktar