Kronaka
Tifla ta’ 10 snin tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Tifla ta’ 10 snin weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid.

Hija ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.