Kultura
Tifla ta’ 11-il sena se tiżfen f’żewġ teatri prestiġġjużi fir-Renju Unit

Il-ħolma ta’ kull ballerina hija li tiżfen fl-aqwa teatri barra minn Malta. U din il-ħolma se ssir realtà għal Julia Gauci ta’ 11-il sena, li se tieħu sehem fi spettakli fi tnejn mill-iktar teatri prestiġġjużi fir-Renju Unit.

Julia Gauci ntagħżlet bħala parti minn cast għal żewġ appuntamenti f’żewġ teatri prestiġġjużi fir-Renju Unit: is-Sadler’s Wells Theatre ta’ Londra u The Crescent ta’ Birmingham.

Għalkemm għad għandha biss 11-il sena, Julia tiddedika mat-tliet sigħat kuljum għat-taħriġ wara l-ħin tal-iskola sabiex tkun ppreparata biex tagħti l-aqwa tagħha għall-ispettakli li se jsiru f’Settembru. Lil Julia sibnieha titħarreġ f’wieħed mill-istudios tal-Academy of Dance Arts fil-Mosta flimkien mal-għalliema tagħha, Rowena Grech.

Julia qalet “se jkollna lezzjonijiet kuljum minn filgħodu sa filgħaxija. Se jkollna għaxart ijiem għaddejjin sakemm tiġi dik il-ġurnata fejn niżfnu quddiem dawk in-nies kollha”.

Julia stqarret l-emozzjonijiet tagħha wara li ntagħżlet biex tiżfen fSadler’s Wells Theatre u f’The Crescent. “Jiena ma tantx jien persuna li nuri espressjoni. Meta tiġri xi ħaġa tajba ma noqgħodx nifraħ. Ngħidilhom okay imma mbagħad meta nasal fil-kamra nibda naqbeż u nogħla” qalet Julia.

L-għalliema tagħha Rowena Grech qalet li hija konvinta li Julia ser taqta’ figura tajba bit-talenti tagħha.

Rowena qalet “qatt ma qatgħet qalbha għax għandha kunfidenza kbira fiha innifisha u din vera tgħinha ukoll għax temmen fiha nnifisha u għandha stage presence li importanti ħafna minħabba li għandha t-talent naturali ukoll”.

Hija qalet li mhux kulħadd huwa maqtugħ biex isir ballerina, iżda qalet li l-ballet jgħin ħafna fl-iżvilupp tat-tfal.

Julia bdiet tiżfen il-ballet ta’ 6 snin u dejjem ġabet marki tajbin fl-eżamijiet, u anke għamlet sessjonijiet intensivi ta’ taħriġ anke f’akkademji tal-ballet fl-Ingilterra u fi Franza.

Julia qalet “I picture myself ġo teatru kbir nagħmel parti bħal dawk li huma professjonali u vera rrid li nirnexxi sa dak il-livell”.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar