Divertiment
Tifla ta’ 4 snin bid-down syndrome tispikka waqt sfilata tal-moda

Tifla ta’ erba’ snin bil-kundizzjoni down syndrome spikkat bil-kwalitajiet tagħha waqt sfilata tal-moda li fiha il-protagonisti kienu tfal, adolexxenti u żgħażagħ b’abbilitajiet differenti. L-isfilata li saret fil-Magazino Hall, fil-Valletta Waterfont f’risq l-assoċjazzjoni tad-Down Syndrome kellha wkoll mistiedna speċjali mill-Awstralja li hija ta’ ispirazzjoni għal persuni b’diżabiltà.

Għad għandha biss erba’ snin. Francesca Rausi serqet il-qlub tal-udjenza li attendiet għat-tieni edizzjoni tal-‘Unici in Passerella’ li b’kunfidenza liema bħala ddominat il-passarella fi sfilata tal-moda.

Ommha, Michelle, emozzjonata, esprimiet is-sodisfazzjon li minkejja li bintha għandha l-kundizzjoni Down Syndorme, twassal messaġġ pożittiv tal-ferħ.

“Meta nara xi ħaġa bħal tal-lum u nara dak li għamlet ninsa kull diżabilità u nħares lejn l-abbilità tagħha, abbilità kbira li għandha li llum il-ġurnata qed tgħallimni u nħares lejn in-nies kollha li għandhom diżablità u fihom nara l-abbilità – araha tħobb il-microphone wkoll.”

Adam Scerri, parteċipant ieħor f’din l-isfilata qal li l-kundizzjoni tal-Myasthenia Gravis ma tħallix joqgħod fuq saqajh jekk ma jiħux il-mediċina kull erba’ sigħat. Minkejja dan l-ostaklu, iż-żagħżugħ ifittex l-esperjenza tal-immudellar għax tgħinu joħroġ minn qoxortu.

Adam qal “kunfidenza kbira u eċitament ukoll. ”

Rebecca Formosa t’20 sena b’diżabilità fiżika qalet li tagħmel l-almu kollu tagħha biex meta tkun quddiem l-udjenza tegħleb il-biża’ u tibqa’ iffukata. “Tattika mhemmx imma peress li jien ftit imferfxa waħda mhux ħażin irrid noqgħod nimxi bil-mod għax inferfex waħda fl-art u nagħmlu storja.”

Il-mistiedna speċjali ta’ din l-isfilata kienet l-Awstaljana Madeline Stuart, tfajla bid-Down Syndrome. Timxi b’pass meqjus u tħares lejn l-udjenza, il-mudella professjonali ħadmet qatigħ biex tmur kontra l-kurrent tal-isterjotipi. Il-bastun tagħha – ommha, Rosanne Stuart, qalet li bintha tagħti tama lil tfal bħala.

“She gives hope to anyone that has felt that they don’t belong, anyone that has been bullied or anyone that has a disability – just anyone that feels alone. She gives them encouragement to never give up and to be brave. She shows that anything is possible if we believe in ourselves.”

Il-fondi miġbura f’ ‘Unici in Passerella’ ngħataw lill-Assoċjazzjoni Down Syndrome.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah” Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li…

Lokali

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom….

Għawdex

Waqa’ fil-muta l-arloġġ taċ-Ċittadella f’Għawdex. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ li għandu kważi mitejn u ħamsin sena żżarma minn postu u qed jiġi restawrat għand kumpanija ta’ arluġġara f’Għawdex stess. Il-mekkaniżmu mistenni jitreġġa’…

Aktar