Kronaka
AĠĠORNAT: Mara tqila titlef it-tarbija wara ħabta fit-Telgħa t’Alla u Ommu

Konsegwenza traġika wara ħabta kerha bejn karozza u trakk lbieraħ filghaxija fin-Naxxar wara li mara ta’ 27 sena mill-Belarus tilfet it-tarbija li kienet qed iġorr kawża tal-impatt qawwi.

Il-ħabta seħħet ilbieraħ fi Triq Margaret Murray li tagħti għat-Telgħa t’Alla u Ommu għall-ħabta tas-6pm. Il-ħabta seħħet bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 55 sena mill-Fgura, u karozza misjuqa minn raġel mill-Belarus u li joqgħod il-Mosta. Miegħu passiġġieri kellu żewġ nisa – waħda ta’ 26 u oħra ta’ 27 sena u tifla ta’ sitt snin, ilkoll mill-Belarus.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li fuq il-post assitew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza li ħadet it-tliet passiġġieri fil-karozza l-isptar. It-triq fejn seħħet il-ħabta kellha tingħalaq għal xi ħin.

Iż-żewġ xufiera ma weġġgħux filwaqt li ż-żewġ nisa u t-tifla ta’ sitt snin ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. Nifhmu li l-mara ta’ 27 sena kellha seba’ xhur tqala u l-isptar sar kull tentattiv biex tiġi salvata l-ħajja tat-tarbija li kellha fil-ġuf, iżda sfortunatament din twieldet mejta dalgħodu. Il-mara għadha qed tinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar