Barranin
Tifla ta’ 8 snin issib limousine jistennieha biex mill-iskola tmur id-dar

F’Bari tifla ta’ 8 snin sabet limousine jistennieha biex tmur lura d-dar mill-iskola.

Biswit it-trasport pubbliku tat-tfal tal-iskola kien hemm limousine jistenna tifla u xi ftit studenti oħra biex jiċċelebraw għeluq snin it-tifla.

Madankollu dan qajjem reazzjoni fost il-ġenituri tat-tfal. Waħda mill-ġenituri kitbet ittra lill-Kap tal-Iskola li fiha protestat kontra dan l-aġir. Qalet li diġà jsibuha diffiċli biex uliedhom ma jgħixux il-mit tal-ħajja tal-plejers tal-futbol u ż-żeffiena ta’ Friends, ħajja ta’ lussu. Saħqet li issa żdied mit ieħor li t-tfal jista’ jkollhom limousine jistenniehom ħerġin mill-iskola.

Ġenituri oħra qalu li dan il-limousine ta eżempju ħażin lil uliedhom. Oħrajn ma raw xejn ħażin f’dan u qalu li jekk il-ġenituri tat-tifla jifilħu jħallsu għal-limousine m’għamlu xejn ħażin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Barranin

Mara ta’ 21 sena f’El Salvador, li t-tarbija tagħha nstabet mejta f’latrina fejn welldet, inħelset mill-akkużi li qatlet lil bintha. Evelyn Hernández minn dejjem qalet li hija innoċenti. Hija insistiet…

Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Aktar