Barranin
Tifla ta’ sentejn tmut f’karozza wara seba’ sigħat fiha

Il-Pulizija Amerikana ressqet fil-Qorti mara ta’ 43 sena u akkużata bil-qtil involontarju ta’ tifla ta’ sentejn.

Juan Perez-Domingo (xellug fir-ritratt) marret id-dar tal-ġenituri tat-tifla Jocelyn Mendez fi Florida biex minn hemm teħodha f’ċentru li jieħu ħsieb it-tfal.

Peress li ċ-ċentru kien għadu magħluq ħaditha d-dar tagħha imma għal xi raġuni nsietha fil-karozza.

Kien biss wara seba’ sigħat li ftakret fiha u x’ħin marret sabet lit-tifla mejta. Hija ħadet lit-tifla d-dar tal-ġenituri.

Il-mara kienet titħallas $40 fil-ġimgħa biex twassal lit-tifla saċ-ċentru.