Stejjer Umani
Tifla timmuta wara li rat l-inċident iseħħ quddiemha

Tifla xxukkjat ruħha b’dak li rat iseħħ quddiemha fil-jum tal-14 t’Awwissu meta ġġarraf il-pont Morandi f’Genova, l-Italja.

Hija kienet qed tittawwal mit-tieqa tad-dar tagħha tara l-logħob bid-dawl tas-sajjetti fis-smewwiet meta f’daqqa rat ix-xeni drammatiċi tal-pont jaqa’ u jikkawża ħoss kbir fl-inħawi.

Wara, hija spiċċat tiġri fit-triq m’ommha għax beżgħu li se taqa’ d-dar tagħhom li tinsab taħt dan il-pont.  Dak il-mument baqa’ f’moħħ it-tifla u minn dakinhar ‘l hawn hija qatt ma tkellmet iktar.

Din l-istorja, li qed tixxandar fuq il-media Taljana, hija waħda minn fost bosta oħra li qed jitrattaw il-psikologi li tqabbdu apposta biex jassistu lir-residenti wara t-trawma li għaddew minnha kawża ta’ dan l-inċident.  Skont il-psikologi, ix-xokk li ħadet kien viżiv u emottiv tant li wassal biex it-tifla bħal donnu bblukkat.

Id-diżastru li seħħ f’Genova bħal donnu ttrawmatizza lit-tifla, li skont l-esperti, sakemm toħroġ minnha se tieħu ż-żmien iżda qalu li hija xi ħaġa temporanja.  Sadanittant, biex tikkomunika, it-tifla qed tpinġi, bit-tama li xi darba terġa’ tibda titkellem.

L-istraġi li seħħet ix-xahar li għadda fl-Italja, mhux talli kellha riperkussjonijiet bi mwiet ta’ nies li kienu fl-inħawi, oħrajn li ndarbu, kif ukoll bosta li spiċċaw bla dar, iżda wkoll ikkawżat theżżiża daqs li kieku għamel terremot qawwi fiż-żona.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Theresa May wissiet li għexieren ta’ membri parlamentari konservattivi li normalment huma leali lejn il-partit jistgħu jiħduha kontra l-Gvern biex jipprevenu milli jsir Brexit mingħajr ftehim…

Barranin

L-Olanda trid timplimenta miżuri biex tiġġieled il-korruzzjoni.  Dan intqal fir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-GRECO, il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Din ir-rakkomandazzjoni qed issir fil-konfront tal-persuni li għandhom karigi…

Barranin

Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia. Il-mara ta’ 46 sena…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li jbati mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Aktar