Barranin
Tifla tippoża ta’ tifel biex titħalla tipparteċipa fi programm ta’ spettaklu fiċ-Ċina

Tifla ta’ 13-il sena gidbet dwar il-ġeneru tagħha biex titħalla tipparteċipa fi programm ta’ spettaklu popolari fiċ-Ċina li jippermetti biss parteċipanti subien.

Fu Jiayuan ta’ 13-il sena nqabdet fl-istadju tal-bootcamp wara li xi ħadd li raha fuq l-internet ġibed l-attenzjoni li kienet tifla.

Hija talbet apoloġija talli għaddiet biż-żmien lis-sostenituri tagħha, u qalet li kienet gidbet lill-kumpanija li tipproduċi l-programm sforz iż-żgħożija u l-injoranza tagħha.

It-tfajla wegħdet li mhux se tkun qed tidher iktar fi programmi tal-ispettaklu jew f’xi filmati oħra fuq l-internet.

Il-programm YGN Youth Club jirrekluta subien li jkollhom potenzjal fl-ispettaklu u jħarriġhom fil-kant u ż-żfin bit-tir li jsiru artisti popolari.