Barranin
Tiftaħ għajnejha għall-ewwel darba wara li nsterqet minn ġuf ommha

Aħbar tajba wara l-istorja xokkanti tal-qtil ta’ Marlen Ochoa-Lopez, hekk kif binha, li nsteraq minn ġufha wara li nqatlet, fetaħ għajnejh għall-ewwel darba.

L-istorja tmur lura għal xahar ilu meta f’Chicago, tliet persuni nasbu lil Lopez meta wegħduha xi ħwejjeġ għat-trabi b’xejn. Hija spiċċat inqatlet u mormija maż-żibel wara li t-tarbija, li kienet qed iġġorr, insterqitilha mill-ġuf.

It-tarbija kienet ilha xahar tissielet għal ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fi sptar f’Chicago meta, għall-ewwel darba f’kemm ilha li ddaħħlet, uriet sinjali ta’ ħajja – fetħet għajnejha.

It-tarbija issa tinsab f’idejn missierha Yovany Lopez li qal li għalkemm familtu għadha f’luttu, it-tarbija qed tagħtihom it-tama.

Ara wkoll:

STATI UNITI: Jonsbuha b’offerta fuq Facebook – tispiċċa maqtula u bit-tarbija maqtugħa mill-ġuf

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Aktar