Lokali
Tiftaħ il-Fiera l-Kbira b’iżjed minn 200 esebitur

Tnediet is-sitt edizzjoni tal-Fiera l-Kbira f’Montecristo Estates b’iżjed minn mitejn esebitur li qed jesebixxu l-prodotti u s-servizzi tagħom, u b’medja ta’ mitt elf viżitatur fis-sena.

Waqt it-tnedija tal-fiera, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li matul is-snin, il-fiera rnexxielha tikseb reputazzjoni impekkabbli għal mod kif il-konsumaturi huma esposti għall-għażla varjata ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità bi prezzijiet kompettitivi.

Dr. Mizzi qal li l-fiera saret sinonima mal-kalendarju tal-avvenimenti li joffru post rikreattiv u ta’ divertiment għall-istaġun tas-sajf b’opportunità biex il-familji u ħbieb igawdu l-atmosfera unika fil-Montecristo Estates.

Qal li l-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem biex ikattar l-investiment fis-settur tal-konferenzi bi pjan biex jitwaqqaf ċentru tal-konferenzi li jkun attrezzat għall-avvenimenti ta’ skala mdaqqsa u li jvarjaw fil-ġeneru tagħhom.

Il-President George Vella fakkar kif l-ambjent joffri opportunità biex il-familji jgawdu l-ħin f’ambjent li joffri opportunitajiet lil negozjanti u kummerċjanti biex ikattru n-negozju tagħhom. Huwa għamel appell biex ikunu mgħejjuna setturi u persuni li huma vulnerabbli fis-soċjeta Maltija u sejjaħ għall-għaqda fost il-Maltin biex ikunu solidali mal-proxxmu li jenħtieġ l-għajnuna, irrispettivament jekk hijiex finanzjarja jew jekk tirrikjedix forom oħrajn ta’ assistenza.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar