Kurżitajiet
Tiftakruha din il-bajda? Issa xxaqqet!

Inkixfet l-istorja wara l-bajda kannella li madwar xahar ilu, kisbet l-aktar likes f’temp ta’ 10 ijiem fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali, Instagram.

Il-bajda reġgħet tfaċċat, did-darba bil-qoxra qed tixxaqqaq biex tqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali u l-impatt negattiv li l-midja soċjali jista’ jkollu fuqna.

F’filmat qasir, sempliċi iżda skjett, jitla’ messaġġ ċar li jagħti l-kuraġġ lil kull min qed iħossu fraġli, mhedded jew insigur bil-pressjonijiet li qed tpoġġi fuqna l-midja soċjali.

Il-messaġġ ikompli jgħid li m’hemm xejn ħażin billi wieħed jitlob għal daqqa t’id, jiftaħ qalbu dwar x’qed iħoss jew minn xiex inhu għaddej u jirrikorri għall-għajnuna.

https://www.instagram.com/p/BtdYQwincYv/

 

ARA: Ir-ritratt li kiseb aktar minn 24 miljun like f’10 ijiem

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu. Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Kurżitajiet

Il-kantanta Amerikana Ariana Grande irnexxielha tagħmilha, l-istess bħalma kienu għamlu l-Beatles 55 sena ilu. Bħalissa qed tokkupa l-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-klassifika tad-diski bi tliet kanzunetti li huma ‘7…

Kurżitajiet

Huwa maħsub li xi infermiera fi sptar f’Napli ħarrbu skoss wirdien fil-ward fejn jaħdmu biex jaqilgħu transfer. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn pazjenti tal-isptar Vecchio Pellegrini juri għadd…

Aktar