Annimali
Tigra bajda twelled 3 ifrieħ

Tigra bajda welldet tlett ifrieħ. Il-frieħ li se jagħlqu kważi 15-il jum, twieldu b’saħħithom biex b’hekk fil-park fejn twieldu, il-familja ta’ tigri bojod kibret għal ħamsa.

Bianca, tigra bajda li hija fost l-isbaħ tigri fil-park tal-annimali fl-Imtaħleb saret omm għall-ewwel darba mis-sieħeb tagħha Adon. Bianca u Adon għandhom għajnejn blu, li huwa kulur tipiku tat-tigri bojod. Fil-park, it-tlett ifrieħ qed jitrabbew bil-ħalib tal-flixkun wara li l-omm rrifjutat li tibqa’ traddahom.

Mill-istrixxi wieħed jinduna li huma puri iktar mill-ġenituri tagħhom kif spjegalna sid il-park, Christopher Borg

Christopher Borg qal “peress li tigra bajda ma tgħix fil-wild, magħmula mill-bniedem b’żewġ tigri bengal, albino, peress li tħallat id-demm, issa hemm breed b’saħħitha”.

Fil-park hemm frieħ oħra ta’ tigri Bengal, li jħallu lis-sidien l-park bla nifs biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tagħhom.

Oksana Sadova qal “like with the normal baby feeding every three to four hours”.

Wara t-twelid tat-tigri, il-pappagall Gigi li huwa Macaw li mdorri jieħu ħafna attenzjoni, sar irid iktar fsied mis-soltu biex jibqa’ wieħed mill-iktar annimali favoriti tal-park.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar