Knisja Maltija
“Tiħdux għalikom, imma għalissa m’jien se nagħmel xejn!” – Monsinjur Anton Teuma

Mistoqsi waqt ‘TVAM’ x’se jkunu l-ewwel azzjonijiet tiegħu fit-tmexxija tiegħu bħala Isqof elett ta’ Għawdex, Monsinjur Anton Teuma qal li fil-jiem li ġejjin mhu se jkun qed jagħmel xejn ħlief li joqgħod bi kwietu, jiltaqa’ man-nies u jisma’ x’għandhom xi jgħidu.

F’kollegament dirett mal-preżentaturi ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri u Clara Farrugia, Monsinjur Teuma stqarr li xejn ma jiddispjeċih li 32 sena ilu taha għas-saċerdozju hekk kif bħal kull ħaġ’oħra fil-ħajja t-triq li għażel daqstant ieħor fiha t-tlajja’ u l-inżul tagħha.

Fost l-oħrajn, l-Isqof elett ta’ Għawdex stqarr li sa minn meta kien għadu ħalib ommu fi snienu dejjem kien bniedem attiv u li ma joqgħodx lura milli jmidd idejh fejn meħtieġ. Żied jgħid, li fil-fehma tiegħu l-qassis jagħmluh in-nies li jagħmilha magħhom hekk kif fl-aħħar mill-aħħar ilkoll ngħixu flimkien fi ħdan l-istess soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Knisja Maltija

Aġġornati wkoll mil-lum il-miżuri ta’ prevenzjoni waqt il-quddies fil-knejjes. Se jibqa’ obbligatorju li fil-knejjes tinżamm d-distanza soċjali, ħlief għall-membri tal-familja li jgħixu fl-istess dar; l-użu tas-sanitizer fid-dħul, it-tqarbin se jibqa’…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Aktar