Ikel
Tiħux dan il-kemmun mitħun minħabba li fih xi kimiċi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva l-kemmun mitħun m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih Pyrrolizidine Alkaloids. Pyrrolizidine Alkaloids huma kimiċi ffurmati b’mod naturali minn ċerti pjanti bħala difiża kontra insetti li jistgħu jattakkaw l-istess pjanti. Konsum eċċessiv ta’ din il-kimika tista’ twassal għal ħsara fil-fwied (epatossiċità) fil-bnedmin.

 

Deskrizzjoni tal-prodott: Kemmun mitħun (ground cumin)
Ditta: BASAK
Użin: 80g
Data tad-durabbiltà: 06 2020
Lott: L4148R

Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq [email protected].

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar