Lokali
Tiħux dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika,qed jinforma lill-pubbliku,li l-Grissini breadsticks with sesame seeds, linseeds, and poppy seeds m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà li l-ġunġlien li ntuża fil-prodott huwa kkontaminat bil-pestiċida (Ethlyene oxide).

F’dawn l-aħħar xhur nstab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Deskrizzjoni tal-Prodott: Grissini breadsticks with sesame seeds, linseeds, and poppy seeds
Ditta: Stiratini
Piż / kontenitur: Borża ta’ 230 gramma
Lott: L201014
Data tad-Durabbiltà: 14/10/2021

 Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].